Żewġ uffiċjali jindarbu waqt l-arrest ta’ barrani li ta’ fastidju lil mara f’Tas-Sliema

Kuntistabbli u Surġent sofrew ġrieħi wara li lbieraħ intervjenew f’Tas-Sliema biex jassistu mara li kienet qiegħda tingħata fastidju minn raġel barrani.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, meta imjegata li toffri servizzi ta’ informazzjoni lill-pubbliku viċin ix-xatt ta’ Tas-Sliema. Inewsmalta tinsab infurmata li l-mara li tkun f’booth informattiv ġiet avviċinata minn raġel ta’ karnaġġjon skur li ried jidħol fuqha akkost ta’ kollox. Il-mara kkonfermat mal-Pulizija li r-raġel saħansitra uża l-forza biex jidħol fuqha.

Il-mara qalet li kienet mbeżża’ ħafna minħabba li għarfet lil dan ir-raġel li allegatament kien ilu jsegwiha. Il-mara kkuntatjat lill-Pulizija li intervjenew immedjatament. Huma talbu lir-raġel jidentifika ruħu u filwaqt li rrifjuta li jagħti detttalji, gidem liż-żewġ uffiċjali meta dawn għaddew għall-arrest.

Share With: