102 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li jirkupraw 89 persuna

Minn 3,221 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 102 każi ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt irkupraw 89 persuna. Għaldaqstant il-każi attivi issa jammontaw għal 2,159.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li 31 każ kien ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qraba pożittivi għall-virus, 14-il każ ta’ tixrid tal-Covid-19 fuq il-post tax-xogħol, u tmien każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni oħrajn pożittivi.

Share With: