121 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 108 persuni

Minn 3,091 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 121 persuna li rriżultaw pożitivi għall-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-istess waqt kien hemm 108 persuna li rkupraw mill-virus. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna jammonta għal 2,071.

Filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 19-il persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba li diġà kienu pożittivi, disa’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u erba’ każi ta’ persuni li ġew infettati wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn diġà infettati.

Share With: