175 żwieġ bejn l-istess sess mill-2017 ’l hawn

Mill-2017 ’l hawn f’Malta kien hawn 175 żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Camilleri qal li fl-2017 kien hemm seba’ żwiġijiet bir-reġistru, filwaqt li fl-2018 kien hemm 63 żwieġ. Fl-2019 u matul din is-sena kien hemm 78 u 27 żwieġ rispettivament.

Huwa temm jgħid li l-ammonti indikati ma jinkludux żwiġijiet fil-gżira Għawdxija, bir-reġistru pubbliku ta’ Għawdex huwa responsabbiltà tal-Ministru għal Għawdex.

Share With: