19-il sena mill-qtil tal-kuntistabbli Roger Debattista waqt li kien qed jaqdi dmiru f’bank f’Ħal Qormi

Illum jaħbat id-19-il sena mindu nqatel il-kuntistabbli Roger Debattista waqt li kien qed jqdi dmirijietu.

Debattista, PC 949, kien qed jinsab fuq extra duty ma’ bank f’Ħal Qormi.

Nhar it-12 ta’ Novembru tal-2001, Debattista ta tliet ħallelin armati mexjin lejn il-bank. Huwa pprova jsakkar l-entratura tal-bank biex ma jħallix lill-ħallelin milli jidħlu, u b’hekk jipproteġi lill-impjegati u lill-klijenti tal-bank li kienu preżenti dak il-ħin.

Madankollu meta ra hekk wieħed mill-ħallelin spara tir ta’ arma tan-nar fid-direzzjoni ta’ Debattista.

Il-ħalliel, li aktar tard kien ġie identifikat bħala Andy Calleja, spara tir ieħor lejn Debattista u dan irriżulta fatali.

B’rabta ma’ dan il-każ l-akkużati Mario Borg u Mark Falzon intbagħtu ħames snin ħabs, filwaqt li Ian Galdes intbagħat seba’ snin priġunerija.

Andy Calleja ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs, li ġiet ikkonfermata f’appell fl-2004.

Share With: