190 persuna fosthom nisa u tfal interċettati u ttieħdu lura l-Libja

Hekk kif fl-aħħar jiem reġgħet ingħatat ħajja ġdida lir-rotta migratorja taċ-ċentru tal-Mediterran, ma naqsux li jseħħu għadd ta’ traġedji. F’temp ta’ ftit jiem aktar minn 100 persuna tilfu ħajjithom. L-imwiet din is-sena minn dawn il-vjaġġi ta’ tama telgħu għal aktar minn 900 mija.

Diversi organizazzjonijiet fosthom Caritas Europa qegħdin ikomplu jinsistu li għandu jkun hemm missjoni Ewropea għas-salvataġġi.

IT-TORĊA hi infurmata li fl-aħħar sigħat xejn inqas minn 190 persuna ħafna minnhom nisa u tfal ġew interċettati mil-Libjani u reġgħu ittieħdu lura lejn il-Libja. Dan meta hu magħruf l-abbużi li dawn l-istess persuni jesperjenzaw f’dan il-pajjiż.

Share With: