5,374 xebba jirċievu ċ-Children’s Allowance

Fil-preżent huma 5,374 l-ommijiet xebbiet li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal, magħruf bħala ċ-Children’s Allowance, u bejniethom qed jieħdu ħsieb 7,485 tifel u tifla.

Dan ħareġ fil-Parlament minn tweġiba li ta l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Falzon spjega li minn dawn l-ommijiet 3,025 għandhom impjieg waqt li dwar kemm minnhom jinsabu fil-faqar qal li ċ-ċifra tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Share With: