AĠĠORNAT: Ftehim mal-Italja u r-Repubblika Ċeka iġib lejn Malta il-mediċini Remdesivir għal kontra l-Covid19

Il-Viċi Prim Ministru u  Ministru għas-Saħħa, Dr Chris Fearne, meta għalaq id-dibattitu dwar l-estimi għall-Ministeru għas-Saħħa ddikjara li “kull mewt f’din il-pandemiija hi traġedja. Meta tinħasad ħajja nħossu d-dieqa.” 

Filwaqt li esprima solidarjetà ma’ min għadda minn din l-esperejnza kerha li tilef persuni viċin tiegħu, huwa għamel analiżi tar-rata ta’ mwiet f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.

Qal li filwaqt li r-rata ta’ mwiet fl-Italja tammonta għal 8%, fl-Ingilterra 6%, u fi Franza 3%, f’Malta r-rata ta’ mwiet kaġun tal-Covid-19 hija inqas minn 1%. Fl-istess waqt emfasizza li kull mewt hija traġedja.

“Nista’ nassigura li mhux mija fil-mija qed nagħtu imma mitejn fil-mija biex nipprevjenu l-imwiet. Kull każ ta’ mewt hu toqol kbir. Kull każ mhux biss imiss il-qraba tiegħi imma anke lilna”.

Intant il-Ministru Chris Fearne tkellem ukoll dwar il-mediċina Remdesivir. Huwa ħabbar li Malta kienet allokata ammont ta’ mediċina mill-Unjoni Ewropea. Spjega li l-Gvern ħass li dak li kien allokat ma kienx biżżejjed u għalhekk intlaħaq ftehim mal-Italja u mar-Repubblika Ċeka u dawn ipprovdew ammont ta’ mediċina Remdesivir biex tingħata kura lill-pazjenti morda bil-Covid-19.

Share With: