AĠĠORNAT: Il-poplu Malti u Għawdxi jsellem il-memorja tal-ġgant tal-letteratura Maltija Oliver Friggieri

Malta titlef wieħed minn uliedha… Titħabbar il-mewt ta’ Oliver Friggieri fl-età ta’ 73 sena

“Minkejja l-għerf li kien mogħni bih, dejjem apprezzajt fih l-umilità tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

F’messaġġ fuq Facebook, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, qal li l-ġgant tal-letteratura Maltija, Oliver Friggieri, “Kien bniedem ta’ umanità kbira u minkejja l-għerf li kien mogħni bih, dejjem apprezzajt fih l-umilità tiegħu.” Il-Prim Ministru nnuta kif Friggieri għal diversi snin, permezz tat-tgħalim tiegħu “kkontribwixxa bil-kbir fil-formazzjoni ta’ mijiet ta’ studenti.”

“Oliver Friggieri huwa wieħed mill-ikbar Maltin ta’ kull żmien” – L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, l-eks-Prim Ministru u l-eks-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, iddeskriva lill-Professur, għalliem u ġgant tal-kitba Maltija bħala “wieħed mill-ikbar Maltin ta’ kull żmien.”

Muscat qal li hu jixtieq li jiftakru “bħala ħabib ġenwin ta’ dawn l-aħħar għaxar snin.” L-eks-Prim Ministru qal li l-ġenwinità tiegħu għarfitx xeħtiet politiċi, u kien jaf jagħraf it-tajjeb, u l-ħażin, fil-fażijiet kollha li pajjiżna għex matulhom. Ix-xogħlijiet tiegħu kienu simbolu tar- “reżistenza” ta’ Fenech Adami matul it-tmeninijiet. Iżda kien wieħed mill-aktar persuni li naf li kien jaf jagħraf it-tajjeb ta’ Mintoff.”

Muscat stqarr li mhux l-ewwel darba Kien “b’nota u diskursata kultant, influwenzani fiż-żmien li għamilt fil-politika.” Joseph Musvat ftakar f’meta “tlabtu jmexxi l-Fondazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, għamel dan b’ sens ta’ impenn enormi, minkejja li saħħtu kienet bdiet tmajna. Il-kelma li kien dejjem itambarli f’moħħi kienet “għaqda”. Il-bżonn li dan il-poplu ċkejken, kultant mehdi fih innifsu, ikun magħqud.”

“Oliver Friggieri kien ġgant tal-letteratura Maltija” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

F’messaġġ li kiteb il-Kap tal-Oppożijoni u tal-PN Bernard Grech, irrefera għal Oliver Friggieri bħala “ġgnat tal-letteratura Maltija.” Grech semma kif il-kitba ta’ Friggieri ma baqgħetx biss ibbażata f’Malta iżda ġriet barra minn xtutna. Grech temm jgħid li “x-xogħol letterarju li ħallielna Friggieri u l-ħidma tul is-snin b’risq l-ilsien Malti huma l-aqwa wirt ta’ ħajtu u ħidmietu.”

Aktar qabel:

“Il-papa’ ħalliena dalgħodu…” Illum, Malta tilfet wieħed minn uliedha. Oliver Friggieri huwa wild li għamel lil Malta kburija bit-talent meraviljuż tiegħu tal-kitba. Liema kitba għolliet isem pajjiżna u mbottat l-ilsien Malti fostna l-Maltin.

Kollega ta’ Oliver, Victor Fenech, fuq is-sit soċjali ta’ Facebook ħabbar li dalgħodu, fl-età ta’ 73 sena, ħalla din id-dinja Oliver Friggieri. Friggieri kien Professur u għalliem prim tal-lingwa Maltija

Share With: