AĠĠORNAT: Joe Ellis elett bħala Membru Parlamentari

Ritratti: ALAN SALIBA

12:30 p.m: Joe Ellis elett membru parlamentari b’total ta’ 1,968 vot. Warajh ġie Ryan Mercieca b’total ta’ 1,425 vot.

11:45 a.m: Joe Ellis ikompli jkabbar id-distakk wara t-tieni għadd tal-voti. Infatti l-voti miksubin huma 1518 Joe Ellis, 1018 Ryan Mercieca u 918 Maria Portelli. Il-kwota li trid tintlaħa hija dik ta’ 1793 u b’hekk issa jidher li Ellus jinsab biss pass ‘il bogħod mir-rebħa fuq iż-żewġ kandidati l-oħra.

11:00 a.m: Wara l-ewwel għadd, Joe Ellis ġab 1,203 voti, Ryan Mercieca ġab 868 vot, Maria Portelli ġabet 719-il vot, Jason Zammit ġab 453 vot u Ċensu Galea ġab 247 vot.

9:00 a.m: Beda l-proċess tas-sorting fl-elezzjoni każwali għas-siġġu parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li kien okkupat minn Frederick Azzopardi, li miet ix-xahar li għadda.

Il-kandidati f’din l-elezzjoni huma Joseph Ellis, Ċensu Galea, Ryan Mercieca, Maria Portelli u Jason Zammit.

Share With: