AĠĠORNATA: It-tifla rrapurtata nieqsa tinstab qawwija u sħiħa

It-tifla li fl-aħħar jiem kienet irrapurtata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Ikkonfermat dan il-Pulizija fi stqarrija maħruġa minnha.

Qabel: Tifla ta’ 15-il sena ġiet rapportata nieqsa.

Il-pulizija qalu li Luana Borg dehret l-aħħar liebsa libsa sewda u ġakketta sewda.

Kull min għandu informazzjoni dwar fejn tista’ tkun it-tifla jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 21224001 jew 119, jew f’għassa tal-Pulizija.

Share With: