Aktar fejqan minn każi ġodda … B’kollox irkupraw 5,000 persuna mill-virus

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/219551779763373

In-numru ta’ każi attivi matul dawn l-aħħar 24 siegħa komplew jonqsu, b’146 każ ġdid minn 2,941 swab tests filwaqt li kien hemm 168 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa qed jammontaw għal 1,965 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 19-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, 11 -il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, u 17-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi minn tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

Share With: