Aktar minn 130 uffiċjal tas-Sigurtà infettati bil-Covid-19 waqt il-kampanja elettorali ta’ Trump

Aktar minn 130 uffiċjal tas-sigurtà ġew infettati bil-Coronavirus waqt il-kampanja elettorali ta’ Donald Trump.

L-infezzjoni hu mifhum li affettwat wieħed minn kull għaxar uffiċjali involuti skond l-iskeda ta’ rallies kontinwi li wasslu għall-ġurnata tat-3 ta’ Novembru li fiha ġie elett Joe Biden bħala l-President il-ġdid tal-Amerika.

Skont rapporti barranin, jidher li s-sitwazzjoni hija waħda preokkupanti hekk kif anke nies qrib tiegħu qed jispiċċaw ma jifilħux.

Matul l-kampanja tiegħu Trump kien ikkritikat mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba attivitajiet tal-massa li fihom ħafna minn dawk li attendew dehru bla maskra. F’kuntrast ta’ dan il-president elett Joe Biden mexxa l-kampanja tiegħu b’mod virtwali u insista li l-attivitajiet tiegħu jkunu b’folol iżgħar u li fihom dawk li jattendu jimxu mal-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa billi fost affarijiet oħra jżommu d-distanza soċjali.

Share With: