Alessandro Bastoni mistenni jġedded ma’ Inter

Inter jinsabu f’negozjati mar-rappreżentant tal-player internazzjonali Taljan, Alessandro Bastoni, fit-tentattiv li jġedded il-kuntratt tiegħu man-Nerazzurri. Il-player qed jiġi offrut kuntratt ta’ ħames snin fejn naturalment tiżdiedlu l-paga li qed jaqla’ bħalissa.

Bastoni għandu 21 sena u sab postu fl-ewwel 11 tal-coach Antonio Conte. Huwa rritorna fil-belt ta’ Milan f’Ġunju, 2019, wara perjodu ta’ self ma’ Parma. Matul l-istaġun li għadda Bastoni wera l-awtoritá tiegħu fil-qalba tad-difiża minkejja l-etá li għandu li hi relativament żgħira. 

Matul dan l-istaġun, Bastoni lagħab erba’ darbiet ma’ Inter għalkemm b’kollox libes dan il-flokk 40 darba.

Share With: