“Allaħares tagħlaq il-biċċerija minħabba l-Covid19”

Jgħid dan il-Ministru għall-Agrikoltura, Anton Refalo

Il-Ministru għall-Agrikoltura, Anton Refalo fil-ħin tal-Mistoqsijiet fil-Parlament iddikjara li “allaħares tagħlaq il-biċċerija”.

Spjega li “l-persuna li tiġi għal-laħam hi separata mill-biċċerija. Il-ħaddiema qegħdin fi cluster għalihom biex jekk ifiġġ xi każ ma jkollhiex tagħlaq il-biċċerija. Kull trakk li jidħol qed jiġi maħsul. B’dan il-mod evitajna l-mard. Qed nimxu ġurnata b’ġurnata”.

Share With: