Andrea Iannone sospiż għal erba’ snin

Il-qorti tal-arbitraġġ tal-isport, magħrufa aħjar bħala l-CAS, ħabbret id-deċiżjoni tagħha fil-bord arbitrarju bil-proċeduri eżistenti bejn is-sewwieq tal-Moto GP Andrea Iannone, il-WADA (l-aġenzija dinjija ta’ kontra d-doping) u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Motoċikliżmu (FIM).  

Andrea Iannone u l-WADA daħħlu xi appelli mal-CAS kontra din id-deċiżjoni li seħħet mill-bord dixxiplinarju  internazzjonali tal-FIM bid-data tal-31 ta’ Marzu li għadda. F’din id-deċiżjoni, Andrea Iannone ġie misjub ħati li kiser ir-regola tal-anti-doping magħrufa bħala ADRV u fl-istess waqt ma żammx mal-perjodu ta’ 18-il xahar ta’ ineliġibbilitá li kien impost fuqu.  

Il-bord tal-CAS ċaħad dan l-appell ta’ Andrea Iannone u wara ħafna diskussjonijiet u appelli ġie deċiż li Iannone jirċievi sanzjoni fejn ma jkunx eliġibbli għall-erba’ snin li ġejjin sas-17 ta’ Diċembru, 2023. Fl-istess waqt kull riżultat kompetittiv li kiseb Iannone ġie mħassar kompletament b’midjali, unuri u trofej oħra li wkoll ġew inkanċellati u mitluba jingħataw lura. Din hi daqqa ta’ ħarta kbira għal dan is-sewwieq li kien wieħed mill-isportivi ewlenin fl-Italja.

Share With: