Anzjan iweġġa’ gravi f’inċident b’mutur f’Tas-Sliema

Anzjan ta’ 68 sena residenti Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi f’inċident b’mutur f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għall-ħab tat-3.00 p.m. fi Triq Blanche Huber.

Jirriżulta li r-raġel, li kien qed isuq mutur tat-tip Honda kien involut f’inċident ma’ karozza tat-tip Citroen li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta’ 33 sena li joqgħod Ħ’Attard.

Huwa ttieħed l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: