Anzjan jindarab serjament wara li ttajjar minn vettura fir-Rabat

Anzjan ta’ 83 sena residenti l-Imdina qed isofri minn ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq is-Saqqajja fir-Rabat. 

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-anzjan kien intlaqat minn vettura Toyota Landcruiser misjuq minn raġel ta’ 77 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-anzjan midrub l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett. 

Share With: