Anzjana ta’ 91 sena tmut bil-Covid-19

Anzjana ta’ 91 sena mietet wara li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru.

Hija mietet aktar kmieni llum fl-Isptar tas-Sammaritan it-Tajjeb.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-anzjana u appella lil kulħadd biex josserva il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-Covid-19.

Share With: