Appointment prestiġjuż għar-referee Trustin Farrugia Cann
Ir-referee fuq il-panel tal-FIFA, Trustin Farrugia Cann, ġie appuntat birx jikkontrolla l-partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League bejn l-Awstrijaċi ta’ SK Rapid Wien u Dundalk FC tal-Irlanda fil-Weststadion, fi Vjenna.
Din il-partita minn Grupp B tal-UEFA Europa League se tintlagħab nhar il-Ħamis li ġej u tibda fis-6.55pm.
It-terna arbitrali se tkun kollha Maltija bl-uffiċjali l-oħra jinkludu lil Luke Portelli u Jurgen Spiteri bħala assistenti referees u Fyodor Zammit bħala r-raba’ uffiċjal.