ARA: Investiment ambjentali ta’ €500,000

Miktub minn Anthea Cachia, Ritratti Roger Azzopardi

F’kollaborazzjoni konġunta, Infrastructure Malta u Ambjent Malta, fil-jiem li ġejjin se jkunu qegħdin iħawwlu 27,600 pjanta bħala parti mill-proġett, ħajt imħaddar (green wall), b’investiment ambjentali ta’ €500,000.  Dan se jsir bil-għan li jagħti l-ħajja lill-itwal ġnien f’Malta, li b’kollox huwa twil 350 metru u għaldaqstant jgħatti l-ħajt tal-konkos f’din il-karreġġjata. 

Din il-ġimgħa l-ħaddiema bdew l-aħħar fażi tal-proġett billi qegħdin ipoġġu l-ewwel 14,300 pjanta mit-total li se jkunu qegħdin jikbru fuq dan il-ħajt. Dan il-proġett li beda jintrama mill-kuntratti mis-sajf li għadda, sar b’materjal riċiklabli b’disinn apposta biex jonqos ir-riskju ta’ ħsara lill-istruttura tal-ħajt warajha. Fiha wkoll sistema ta’ tisqija awtomatika mqabbda ma’ ġibjun taħt l-art li l-Infrastructure Malta żviluppat fil-ġonna ta’ skola fl-istess inħawi.Din il-ġimgħa l-ħaddiema bdew l-aħħar fażi tal-proġett billi qegħdin ipoġġu l-ewwel 14,300 pjanta mit-total li se jkunu qegħdin jikbru fuq dan il-ħajt. Dan il-proġett li beda jintrama mill-kuntratti mis-sajf li għadda, sar b’materjal riċiklabli b’disinn apposta biex jonqos ir-riskju ta’ ħsara lill-istruttura tal-ħajt warajha. Fiha wkoll sistema ta’ tisqija awtomatika mqabbda ma’ ġibjun taħt l-art li l-Infrastructure Malta żviluppat fil-ġonna ta’ skola fl-istess inħawi.

Il-kuntratturi nstallaw cameras tas-sigurtà biex jiskoraġġixxu s-serq u l-vandaliżmu u se jkunu qegħdin jieħdu ħsieb dan il-ħajt għal diversi snin. Bħala parti mill-istess proġett,  Infrastructure Malta qed tikkollabora wkoll mal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) biex parti oħra mill-istess ħajt fil-Marsa-Ħamrun Bypass issir post għall-wirjiet tal-arti fil-beraħ. 

Ix-xogħlijiet artistiċi ser jibdew jinbidlu kull ftit xhur. Eventwalment, dan l-ispazju se jkun miftuħ ukoll għal artisti oħrajn lokali u barranin, biex juru x-xogħol artistiku tagħhom lil dawk li jkunu għaddejjin minn dan il-Bypass. L-ewwel xogħlijiet artistiċi ġodda se jitwaħħlu fil-post ix-xahar id-dieħel. 

Share With: