“Arroganti u supperv politikament … nitlob lill-Ministru Ian Borg jitlob skuża” -id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vasssallo

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo waqt li kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru għall-Agrikoltura, talab li l-Ministru għat-Trasport, Ian Borg jagħmel apoloġija. Vassallo iddeskriva lill-Ministru Ian Borg bħala persuna “arroganti” u “supperv politikament”. 

Vassallo saħaq li l-Ministru Ian Borg ma ddejjaqx jgħid li hu ma jiddejjaqx jirfess kallijiet. Edwin Vassallo iddikjara li meta l-Ministru Borg irrefera għal kallijiet dan kien qed jirreferi għan-nies. Qal li l-Ministru Borg għandu jitlob apoloġija għal dan. 

Din qajmet kwistjonijiet fil-Parlament, bl-Ispeaker thedded li tipposponi is-seduta. Il-Ministru Borg f’point of order qal li ma qal imkien li n-nies kienu kallijiet. L-Ispeaker qalet li dan ma kienx ‘point of order’.

Share With: