Arsenal jsegwu mill-qrib lil Christopher Nkunku

Arsenal jinsabu f’taħditiet ma’ RB Leipzig sabiex jippruvaw jiffirmaw lill-midfielder Christopher Nkunku. Dan il-player kien wieħed mix-xewqat tal-ex coach tal-Gunners Unai Emery iżda għal xi raġuni jew oħra, huwa ma baqax jiġi segwit mid-diriġenti tal-club. 

Minkejja kollox, f’dawn l-aħħar jiem, dan l-interess reġa’ qam u huwa għalhekk li t-team minn Londra se jipprova tentattiv ieħor eżatt mal-ftuħ tas-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Nkunku għandu 22 sena u huwa membru regolari mit-team nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena. Hu ilu sena ma’ RB Leipzig fejn skorja ħames goals f’36 partita.

Share With: