Atletico Madrid isegwu lil Hakan Calhanoglu

Atletico Madrid xeħtu għajnejhom fuq il-midfielder internazzjonali Tork ta’ Milan, Hakan Calhanoglu. Iżda l-club Talan qed jagħmel minn kollox biex iġedded il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 26 sna.

Huwa għalhekk li d-direttur sportiv Rossonero, Paolo Maldini, qed jipprova jara kif se jasal għal ftehim mill-ġdid u jevita li l-player imur jilgħab f’Estadio Wanda Metropolitano.  

Sadanittant anke Manchester United qed jippruvaw jattiraw l-attenzjoni ta’ dan il-player li wara bidu mhux daqstant tajjeb ma’ Milan, issetilja sew taħt Stefano Pioli tant li issa sar wieħed mill-aqwa elementi li għandu t-team.  

Calhanoglu lagħab 109 partiti mar-Rossoneri u skorja 18-il goal.  

Share With: