Balzan u Senglea A. jieħdu punt kull wieħed permezz ta’ żewġ penalties
ritratt: Domnic Borg
Balzan …….…1
Senglea A. ….1
Balzan u Senglea Athletic skorjaw penalty kull wieħed biex qasmu l-punti fi draw ta’ 1-1 f’ logħba nieqsa mill-azzjonijiet.
Bla dubju, Balzan kien l-aktar team diżappuntat b’dan ir-riżultat hekk kif issa ilhom ħames logħbiet ma jiksbu rebħa biex baqgħu fin-nofs il-klassifika.
Min-naħa l-oħra, Senglea rnexxielhom iwaqqfu l-mixja negattiva ta’ sitt telfiet konsekuttivi bil-coach tagħhom Clive Mizzi jiġbor l-ewwel punt wara li ngħaqad magħhom ix-xahar li għadda.
Balzan kellhom aktar mill-pussess matul l-ewwel taqsima iżda sabuha diffiċli biex jinfdu id-difiża Sengleana.
Fil-11-il minuta, McWoods għadda l-ballun lejn Ljubomirac li kellu x-xutt tiegħu imblukkat, Steve Pisani ħa r-rebound imma l-konklużjoni tiegħu kienet salvata minn Matthew Farrugia.
Senglea bdew jidħlu aktar fil-logħba u ħarba tajba ta’ Junior Dibola Diwoto fuq il-lemin ratu jaqbeż lil Loof iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn Vranes minuta minn tmiem l-ewwel taqsima.
Balzan tilfu ċans tad-deheb li jmorru minn fuq fit-62 minuta meta minn cross ta’ Moussa Kamara, McWoods u Dimic ma rnexxielhomx jikkonkludu minn quddiem il-lasti.
Madankollu fit-73 minuta, Stefan Dimic ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Andre Scicluna bir-referee ma jkollu ebda għażla ħlief li jordna penalty għal Balzan li minnu ERIC LEMOND McWOODS ma falliex biex poġġa lil Balzan 1-0 minn fuq.
Hekk kif Balzan dehru resqin lejn rebħa minima, fil-85 minuta, Samir Arab mess il-ballun b’idu fil-kaxxa biex ir-referee jordna penalty ieħor, din id-darba għal Senglea.
Ix-xutt ta’ JUNIOR DIBOLA DIWOTO ġie milqugħ f’ żewġ tentattivi minn Vukasin Vranes imma r-referee ordna li l-penalty jerġa’ jingħata hekk kif il-goalkeeper ta’ Balzan kien ħareġ minn fuq il-linja bl-attakkant mill-Kamerun ma jfallix biex iġib l-iskor indaqs.
BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab, 8-Paul Fenech, 9-Eric Lemond McWoods, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina (17-Alfred Effiong 68’), 15-Michael Johnson (88-Sean Cipriott 27’), 18-Uros Ljubomirac, 23-Stefan Dimic, 99-Moussa Kamara – Coach: Mark Miller
SENGLEA A.: 1-Matthew Farrugia, 5-Zachary Cassar, 6-Alan Abela, 9-Kevaughn Atkinson (15-Ricardo Martin 58’), 11-Igor Misan, 17-Jan Tanti (4-Nikola Terzin 93’), 20-Andre Scicluna, 24-Junior Dibola Diwoto, 27-Dejan Kukic, 30-David Xuereb, 89-Wilkerson Gomes – Coach: Clive Mizzi
REFEREE: Andrea Sciriha
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Matthew Degabriele
SKORERS: E. McWood 74 pen (B); J. Diwoto 87 pen (SA)
AMMONITI: M. Kamara, E. McWoods, U. Ljubomirac, S. Arab, V. Vranes (B); K. Atkinson (S)