Barcelona jidentifikaw lil Antonio Rudiger bħala difensur ideali
Barcelona qed ifittxu difensur ċentrali fejn huma identifikaw lil dak ta’ 27 sena ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, bħala alternattiva tajba.
Il-ġganti Spanjoli qed jittamaw li jaslu għal Rudiger sa minn Jannar hekk kif qed jiġi kkunsidrat bħala akkwist li m’għandux jiswa ħafna flus.
Fil-veritá l-Katalani qed iħarsu lejn l-akkwist ta’ Eric Garcia ta’ Manchester City iżda l-affarijiet xejn m’huma sempliċi biex jakkwistawh
Huwa rrappurtat ukoll li Joel Matip ta’ Liverpool u Shkoddran Mustafi ta’ Arsenal qed jiġu segwiti wkoll mill-Blaugrana.
Mindu daħal il-coach, Ronald Koeman, qed issir rivoluzzjoni fit-team sabiex il-Katalani jibqgħu kompetittivi għas-snin li ġejjin.