Barcelona u Liverpool wara Ezequiel Garay

Il-ġganti Katalani, Barcelona, se jippruvaw jegħlbu l-isfida ta’ Liverpool għall-akkwist tad-difensur ċentrali Arġentin Ezequiel Garay. Dan tal-aħħar jista’ jkun l-alternattiva għal Eric Garcia li mhux mistenni jingħaqad mal-Blaugrana f’Jannar li ġej. 

Huwa għalhekk li d-diriġenti Katalani daru fuq l-esperjenza ta’ Garay li għandu 34 sena u li b’xorti ħażina għalih għadu ġej minn injury meta kien jilgħab ma’ Valencia. 

Minkejja kollox, jidher li se jkun dwell bejn il-Blaugrana u r-Reds li bejniethom se jikkontendu l-firma tiegħu. 

Garay għandu esperjenza notevoli fil-qasam tal-football internazzjonali meta lagħab ma’ Real Madrid, Zenit St Petersburg u Benfica. 

Share With: