Bruno Peres irid iġedded ma’ Roma

Id-difensur lemini ta’ Roma, Bruno Peres, jixtieq iġedded il-kuntratt tiegħu sabiex jibqa’ jilgħab fil-belt kapitali Taljana. Huwa għandu 30 sena u ilu mal-Giallorossi sa mis-sena 2016 fejn lagħab 66 partita u skorja erba’ goals. 

Il-player internazzjonali Brażiljan qal li jogħġbu ħafna l-ambjent li ħoloq il-coach Paulo Fonseca u jiftiehem sew mad-difensur kollega tiegħu Chris Smalling.

B’hekk hemm ċans li dan il-player jibqa’ jilgħab għal iktar snin fi Stadio Olimpico. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Santos, Torino u Sao Paulo.

Share With: