Cannavaro Jr ma’ Lazio

Iben l-ex difensur internazzjonali Taljan, Fabio Cannavaro, iffirma uffiċjalment mat-team taż-żgħażagħ ta’ Lazio. Fil-fatt Andrea Cannavaro għadu kemm għalaq 16-il sena u rritorna l-Italja wara li kien qed jilgħab mat-tim li kien jikkowċja missieru, jiġifieri, Guangzhou Evergrande. 

Minkejja kollox, dan iż-żagħżugħ xtaq ikompli l-istudji tiegħu f’pajjiżu u kien għalhekk li reġa’ rritorna fil-belt kapitali fejn se jingħaqad mal-Biancocelesti.

Meta tkellem wara li ffirma ma’ Lazio, Cannavaro ma naqasx milli jsemmi lil missieru kif ukoll lil zijuh Paolo li wkoll kien jilgħab ma’ Napoli. Hu qal li din il-familja ffissata fuq il-football u ma kinitx sorpriża li huwa wkoll ikompli fuq il-passi tagħhom. 

Share With: