Christian Eriksen mhux l-għażla ewlenija ta’ Arsenal

Minkejja li ħafna bdew jgħidu li l-midfielder Daniż, Christian Eriksen, seta’ kien qed jiġi attirat minn Arsenal, xi siti elettroniċi Ingliżi qed jirrappurtaw li l-Gunners mhux interessati fil-firma ta’ dan il-player.

Fil-fatt il-coach Mikel Arteta qed iħares l-iktar lejn żewġ plejers partikolari li huma Houssam Aouar ta’ Olympique Lyon u Domenik Szoboszlai ta’ RB Salzburg. Bla dubju li għal Arteta wieħed minn dawn il-players hu prijoritá assoluta minħabba l-etá li għandhom li jistgħu jirrappreżentaw futur mill-isbaħ għall-club li jilgħab fl-Emirates Stadium.

Min-naħa l-oħra, jekk wieħed minn dawn iż-żewġ players ma jasalx fil-belt ta’ Londra, il-Gunners forsi jduru għal Eriksen li xejn m’hu għaddej tajjeb fil-belt ta’ Milan.

Share With: