Ciro Immobile jistenna l-aħħar riżultati tas-swab test

L-attakkant ta’ Lazio, Ciro Immobile, li ttestja negattiv għall-Covid-19 se jżur klinika f’Ruma sabiex isirulu xi eżamijiet mediċi fit-tentattiv li jirkupra fil-ħin għal-logħba ta’ jumejn oħra kontra Crotone mill-kampjonat tas-Serie A.

Immobile temm il-perjodu ta’ kwarantina tiegħu u se jkun qed jaċċerta ruħu li m’għandu xejn iktar.

Sadanittant anke Lucas Leiva reġa’ rritorna għat-taħriġ wara swab test li sarlu bil-coach Simone Inzaghi li qed jittama li jkollu aktar players għad-dispożizzjoni tiegħu.

Lazio jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika meta kisbu 11-il punt minn seba’ logħbiet.

Share With: