Claudio Marchisio lil Juventus: Ġibu lura lil Paul Pogba

L-ex midfielder ta’ Juventus, Claudio Marchisio, kien qed jitkellem fil-media Taljana u f’din l-intervista appella lill-ex club tiegħu sabiex jerġgħu jiksbu s-servizzi tal-midfielder Franċiż, Paul Pogba.

Hu fatt magħruf li dan il-player ta’ 27 sena xejn m’hu għaddej minn żmien tajjeb mal-club attwali tiegħu, Manchester United, u skond Marchisio huma biss il-Bianconeri li kapaċi jerġgħu jagħtu ħajja lill-karriera tiegħu.

Marchisio saħansitra kiteb lil Pogba fuq Twitter sabiex jikkunsidra ritorn fl-Allianz Stadium u kollox jista’ jiġri f’dan ir-rigward.

Pogba lagħab maċ-champions Taljani bejn l-2012 u l-2016 u skorja 28 goal f’124 partita.

Share With: