David Alaba għadu jinsisti li jrid jitlaq lil Bayern Munich

Il-ġganti Ġermaniżi Bayern Munich donnhom qatgħu qalbhom li joffru kuntratt ġdid lid-difensur internazzjonali Awstrijak, David Alaba. Huwa għandu 28 sena u jinsab fl-aħħar xhur tal-kuntratt mal-club mill-Bavarja.

Il-president tal-club, Herbert Hainer, qal li tkellmu ma’ Alaba u tawh ċans sal-31 ta’ Ottubru sabiex jirregola l-kuntratt tiegħu. Dan kollu ma seħħx sabiex issa hemm ċans li dawn jafu jkunu l-aħħar xhur fl-Allianz Arena.

B’hekk kollox jidher li Alaba se jkun qed jingħaqad ma’ club ġdid f’Jannar li ġej. Huwa ilu ma’ Bayern Munich sa mis-sena 2010 hekk kif lagħab 254 partita u skorja 20 goal. Jingħad li Liverpool huma favoriti li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player.

Share With: