Dawra ma’ Sqallija mit-triatleta Fabio Spiteri b’risq l-annimali

L-imħabba lejn l-annimali mhix xi ħaġa li t-triatleta Fabio Spiteri jzomm mistura. Magħruf għall-isfidi li jieħu sehem fihom, Fabio hu magħruf għall- għajnuna u l-vuċi li għandu favur il-benesseri tal-annimali.

Fid-dar ta’ Fabio wieħed isib erbat iklieb, żewġt iqta­tes u żewġt ifniek. Għal Fabio dawn huma parti integrali tal-familja u kemm-il darba joħroġhom miegħu. Sfortunatament, mhux l-annimali kollha huma daqs­hekk fortunati.

“Żort bosta shelters għall-annimali, hemm bosta klieb li kibru fl-etá u lkoll nafu li, sfortunatament mhu­miex se jiġu adottati billi n-nies jippreferu annimali ta’ etá żgħira.

Naturalment, ix-shelters jaħdmu bla waqfien biex jipprovdu kenn komdu iżda dan jiġi bi spiża għolja

“Kontijiet tal-veterinarji, mediċini, ikel, elettriku u ilma jammontaw għal eluf ta’ ewro fix-xahar”

Peress li huwa triatleta, Fabio seta’ faċilment jagħżel mit-tliet dixxiplini li jipprattika – l-għawm, ir-rota u l-ġiri. Madankollu, iċ-ċik­liżmu huwa l-isport favorit tiegħu.

Il-kosta ta’ Sqallija li hi madwar 1000 km hija rotta li Spiteri huwa familjari magħha. Qabel il-bidu ta’ din l-isfida kien kopra d-distanza erba’ darbiet fuq medda ta’ erba’ snin, kull sena tnaqqas il-ħin meħud.

L-isfida għal 2020 kienet li jkopriha f’madwar 52 sie­għa.

Mal-wasla tagħhom fi Sqallija, it-team kien iffaċjat b’curfew li kien għadu kemm ġie impost minħabba l-Covid-19. Dan kien ifisser li ma setgħux jaqdfu bejn il-11.00 pm u l-5.00 am.

Barra minn hekk maltempati kbar fuq il-kosta tal-lvant ta’ Sqallija laqtu r-rotta. Ix-xita kienet tali li Fabio kellu jieqaf għal siegħa meta l-brejkijiet tar-rota bdew jiffunzjonaw ħażin.

Fabio spjega li r-riħ li ltaqa’ miegħu kien b’saħħtu – “Din ma kinitx dawra ta’ siegħa li kienet tgħaddi malajr iżda taqsima ta’ ħames sigħat, li għaliha għandek bżonn iżżomm il-ħsieb tiegħek dwarek.”

Minkejja dan, qatt ma kien hemm mument fejn Fabio kellu r-riservi tiegħu dwar jekk kienx ser jispiċċa l-isfida tiegħu.

Ir-raġuni għal dan kienet doppja – l-annimali li kienu ser jibbenefikaw mill-isforz tie­għu u s-sigħat ta’ pre­­parazzjoni li kien poġġa.

Fil-fatt, Fabio stqarr li hu ma jibdel xejn mit-taħriġ ta’ qabel l-avveniment. Coach b’ħafna snin ta’ esperjenza kompetittiva, Fabio ħejja programm strutturat bir-reqqa li ra bilanċ tajjeb bejn sigħat twal ta’ taħriġ u mistrieħ. Huwa kkumplimenta dan ir-reġim b’taħriġ tal-weights biex isaħħaħ aktar il-muskoli tiegħu.

“Matul l-isfida ħassejtni b’saħħti. Jekk niddeċiedu li nagħmlu din l-isfida mill-ġdid is-sena d-dieħla, ma jkun hemm l-ebda tibdil fil-programm ta’ tħejjija. Nis­peraw li t-temp ikun aktar favorevoli u ma jkunx hemm curfews.”

It-team li ta appoġġ ipprovda spinta mentali. Iċ-ċiklist ultra Sandro Palla­vicino rikeb ma’ Fabio matul it-triq kollha filwaqt li Ciccio Darmanin u Mark Schram aġixxew bħala pacers. Veloċità medja ta’ 28.4 km ġiet reġistrata għall- maġġoranza tat-triq, iżda l-entużjażmu biex tintemm l-isfida, raw pass medju ta’ 32 km fis-siegħa fl-aħħar medda tal-200 km.

Jumejn, tmien sigħat, u 950 km wara, Fabio Spiteri spiċċa l-isfida tiegħu.  Hu kiseb it-tielet l-aħjar ħin fl-istorja.

Fadal biss ftit sigħat biex tintemm il-kampanja, Fabio jistma li b’kollox kienu jinġabru madwar €20,000. Konxju għal kollox li l-pandemija Covid-19 ma għe­nitx, huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkontribwixxi – anke jekk id-donazzjoni minima ta’ € 2.33 sms – kull ftit se tagħmel differenza fis-16-il organizzazzjoni karità tal-annimali magħżula biex jibbenefikaw.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru minn dawn il-faċilitajiet.

* Revolut: +356 99816248

* Paypal: https://paypal.me/pools/c/8sTBPbudP9

* Donazzjonijiet b’sms (ikteb Fabio fil-messaġġ)

* € 2.33 – 50617312

* € 4.66 – 50618075

* € 6.99 – 50618923

* € 11.65 – 50619260

L-isponsor uffiċjali tas- Cycling 1000 km Round Si­cily kien Hill’s Pet Nutrition Malta. L-attivitá kienet appoġjata minn The Pasta Shop Malta, TrackMT, Philip Cachia (Masseur), GasanMamo Insurance, H2Only Purified Drinking Water, Attrans International Transport, Go&Fun Green Energy Drink Malta, Depot, Garmin Malta, Eurosport Malta, Wheel Wizard Malta u Lawrence Sofa Cleaning.

Il-fondi miġbura ser jitqassmu lil dawn l-orga­nizzazzjonijiet – Animal Care Malta Cat Sanctuary, Animal Guardians Malta, Association for Abandoned Animals Sanctuary, CSAF Sanctuary, SPCA Gozo,  MSPCA,  Noah’s Ark Dog Sanctuary,  Stray Animals Support Group (SASG), The Island Sanctuary,  Tomasina Cat Sanctuary , Animal Protectors Malta, Rescue is my Favorite Breed, Malta Rabbit Club 1963,  RMJ Horse Rescue, Birdlife u  Petcross.

Share With: