Dele Alli viċin Paris St Germain?

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Tottenham Hotspur, Dele Alli, jinsab ferm viċin li jħalli l-belt kapitali Ingliża, Londra, sabiex imur jilgħab ma’ Paris St Germain.

Dan il-player ta’ 24 sena  ilu jissemma’ li jista’ jiċċaqlaq mit-Tottenham Hotspur Stadium. Id-diriġenti ta’ PSG lesti sabiex joffrulu kuntratt tajjeb u qed jittamaw li saħansitra jaslu f’Jannar li ġej meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.

Alli ilu ma’ Spurs sa mis-sena 2015 fejn lagħab 158 partita u skorja 50 goal. F’dik is-sena stess huwa għamel ukoll staġun misluf ma’ Milton Keynes Dons.

Alli lagħab ukoll 37 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja tliet goals.

Share With: