Diego Milito se jitlaq lil Racing Club?

L-ex player internazzjonali Arġentin Diego Milito qed jaħsibha li jitlaq mir-rwol li għandu fi ħdan Racing Club. Fil-fatt Milito, li llum il-ġurnata għandu 41 sena, kien qed jokkupa l-kariga ta’ direttur tekniku fi ħdan il-klabb li prattikament beda l-karriera miegħu. 

Madankollu dawn l-aħħar xhur xejn ma faċli għall-player bir-riżultati li qed iġib it-tim fil-kampjonat  xejn m’huma jgħinu.

Apparti minn hekk, Milito qed jallega li ċerti diretturi ta’ Racing Club qed jagħmlulu l-bsaten fir-roti u din il-ħaġa ma tantx qed tiġi apprezzata min-naħa tiegħu. 

Ħafna qed isostnu li Milito jista’ jispiċċa minn ma’ dan il-klabb f’Diċembru li ġej meta jiskadilu l-kuntratt tiegħu. 

Share With: