Diversi clubs Ingliżi wara l-firma ta’ Orbelin Pineda

Seba’ clubs mill-kampjonat Premier Ingliż jinsabu f’taqtiegħa bejniethom sabiex jakkwistaw lill-winger ta’ Cruz Azul, Orbelin Pineda. Huwa għandu 24 sena u qed jilgħab fl-ogħla kampjonat Messikan u spikka fin-naħa leminija tal-ground kemm ilu magħhom. Hu lagħab 58 partita u skorja sitt goals ma’ dan it-team mill-belt kapitali Messikana.

Sadanittant Arsenal, Tottenham Hotspur, Wolverhampton Wanderers, Everton, Southampton, Newcastle United u West Ham United kollha bagħtu l-iscouts tagħhom sabiex jaraw aktar mill-viċin lil dan il-plejer li qed jittama li jkollu l-ewwel esperjenza tal-futbol Ewropew. 

Pineda lagħab ukoll 23 partita mat-team nazzjonali Messikan u skorja żewġ goals.

Share With: