Eks-kappillan ħati li ġiegħel ġuvni jimmasturbah

Donald Bellizzi, eks-patri Franġiskan li kien ukoll kappillan f’Burmarrad, se jkollu jiskonta piena ta’ tliet snin ħabs wara li ġiegħel ġuvni jimmasturbah.

Bellizzi kien jieħu żgħażagħ interessati li jsiru patrijiet għal irtir fil-kunvent tal-Franġiskani Konventwali f’Burmarrad u kien hemmhekk li ħajjar wieħed jimmasturbah kif fil-fatt ġara.

Rapport dwar dak li kien qed jiġri wasal għal widnejn il-Kurja li għamlet rapport lill-Pulizija li bdiet tinvestiga u anke kellmet liż-żagħżugħ li ikkonferma dak li ġara.

Bellizzi tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn instab ħati li ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u kien ikkundannat tliet snin ħabs imma appella anke jekk l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ċaħditlu t-talba.

Hija irrimarkat li huwa suppost kellu jkun ‘role model’ għall-vittma u kien anke midħla tal-familja tiegħu tant li baqa’ jmur id-dar tal-ġenituri tiegħu anke wara dak li seħħ.

L-Imħallef Scerri Herrera iddeskriviet dak li seħħ bħala aġir “deplorabbli u kundannabbli” u għalhekk ċaħditlu l-appell.

Share With: