Elseid Hsysaj pożittiv għall-Covid-19

Id-difensur ċentrali Albaniż, Elseid Hysaj, instab pożittiv għall-Covid-19. Dan kollu ġara waqt li l-player ta’ 26 sena kien fl-iskwadra nazzjonali ta’ pajjiżu. Id-difensur kellu jilgħab fil-logħba ta’ jumejn ilu kontra l-Belarus mill-UEFA Nations League iżda minħabba li nstab pożittiv, huwa kellu jmur għall-perjodu ta’ iżolament.

Dan il-każ rrabja ferm lill-president ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis, li kien diġá lmenta dwar din il-kompetizzjoni li sejħilha inutli. Fuq kollox, De Laurentis diġá kellu esperjenza oħra b’żewġ players minn tiegħu li kif irritornaw mil-logħbiet internazzjonali esperjenza sintomi u eventwalment ġew infettati bil-coronavirus. Fil-fatt Piotr Zielinski u Eljif Elmas kellhom jagħmlu 15-il ġurnata kwarantina qabel ma eventwalment irkupraw.

Share With: