Erba’ anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa aktar kmieni kkonferma li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 71 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti, distanza soċjali u l-użu tal-maskri, biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Share With: