Erba’ persuni arrestati f’Bormla fuq traffikar tad-droga

Erba’ persuni; tlett irġiel u mara ta’ bejn l-20 u s-26 sena, kienu arrestati f’ħidma oħra mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-każ seħħ ilbieraħ f’xi l-11:00 a.m meta l-pulizija daħlu f’residenza, Bormla. Hemmhekk arrestaw lill-persuni u waqt tfittxija sabu sustanzi aktarx droga sintetika, ħaxixa tal-kannabis, eroina u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Tnejn mill-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tas-2 p.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia b’akkużi relatati ma’ dan il-każ filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: