Erba’ żgħażagħ Taħt il-21 sena jispikkaw mal-Ingilterra

Il-coach tat-team nazzjonali Ingliż, Gareth Southgate, qed ikompli bil-filosofija tiegħu li jinkludi aktar żgħażagħ fit-team. Wara li ilu jmexxi lit-team għal dawn l-aħħar erba’ snin, huwa dejjem inkluda talenti li llum il-ġurnata bdew jistabilixxu ruħhom mhux biss mat-team nazzjonali iżda wkoll mal-club rispettiv tagħhom. 

Fil-logħba li l-Ingilterra lagħbu kontra l-Islanda u li rebħu bl-iskor ta’ 4-0, Southgate inkluda erba’ plejers li għandhom Taħt il-21 sena u dawn huma Phil Foden, Declan Rice, Bukayo Saka u Mason Mount. Dan huwa rekord u skond diversi dilettanti tal-istatistika, dan kollu kien ilu ma jiġri 61 sena meta f’Novembru 1959 kienu ġew inklużi xi żgħażagħ fil-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq. 

Share With: