Everton qed juru interess f’Daniel James

Everton qed jikkunsidraw li jakkwistaw lill-winger ta’ Manchester United u ta’ Wales, Daniel James. It-Toffees se jippruvaw jieħduh b’self li dan il-player ta’ 23 sena eżatt kif jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. 

James mhux qed isib post regolari fit-team immexxi mill-coach, Ole Gunnar Solskjaer, u hu stess jixtieq bidla biex jibda jintgħażel b’mod konsistenti biex jibqa’ jilgħab għal pajjiżu b’mod regolari.

Wieħed irid jara jekk id-diriġenti tar-Red Devils humiexx se japprovaw dan it-trasferiment.

James ilu ma’ Manchester United sa mis-sajf tas-sena 2019 fejn skorja tliet goals f’36 partita.

Share With: