Fabbriki li jimmanifatturaw prodotti tat-trabi mħassbin dwar ir-rata ta’ twelid minħabba l-pandemija

Fabbriki li jimmanifattura prodotti tat-trabi fosthom ħalib tat-trabi u ħrieqi jinsabu inkwetati minħabba li qed jaraw li l-Covid19 se taffettwa bil-kbir ir-rata ta’ twelid. 

Filfatt din ir-rata f’għadd ta’ pajjiżi fosthom l-Istati Uniti se tkun qiegħda tonqos sostanzjalment. Stimi li qed isiru għal dawn il-kumpaniji qed jgħidu li bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina mistennija jkun hemm mijiet ta’ eluf inqas ta’ trabi li jitwieldu.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Enfamil, Laxman Narasimhan, iddikjara li “qed naraw xejra ta’ inqas twelid.” Hu ddikjara li dan in-nuqqas ta’ twelid se jaffettwa ħażin lil dawn il-kumpaniji.

Share With: