Fabian Ruiz fir-radar ta’ Everton

Il-midfielder ta’ Napoli, Fabian Ruiz, jinsab fir-radar ta’ Everton. Il-coach tat-Toffees, Carlo Ancelotti, għandu l-ħsieb li jerġa’ jikkowċja lil dan il-player wara ż-żmien li għamel  mal-Partenopei. 

Anke Barcelona, Real Madrid u Atletico Madrid jinsabu interessati f’dan il-player ta’ 24 sena. 

Min-naħa tagħhom, Napoli għadhom interessati li jżommu lil dan il-player li spikka ferm f’nofs il-ground Naplitan. 

Ruiz ilu jilgħab fi Stadio San Paolo sa mis-sena 2018 fejn lagħab 63 partita u skorja tmien goals. Fil-passat huwa kien jilgħab ma’ Elche u Real Betis. 

Share With: