Fearne jindika li l-ewwel tilqim kontra l-Covid-19 se jkun disponibbli b’appuntament

Frontliners u anzjani se jkunu jistgħu jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19 fl-ewwel ġimgħat tal-2021 wara li jirċievu ittra b’appuntament għat-tilqima. Qal dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm Paperscan.

Fearne qal li l-vaċċin se jkun qed jingħata f’żewġ tilqimiet, u l-ittra se tkun qed tisġeċifika emta u fejn il-persuna trid tmur biex tieħu t-tilqima biex ikunu evitati il-kuwijiet u l-iffullar fil-kliniċi.

Huwa żied jgħid li l-ewwel li se jkunu qed jieħdu t-tilqima huwa dawk il-persuni li jiġu f’kuntatt mal-vulnerabbli, fosthom infermieri, spiżjara, pulizija u uffiċjali tal-protezzjoni ċivili, u dawk li għandhom ’il fuq minn 80 sena.

Ladarba dawn il-gruppi jieħdu t-tilqima, nies vulnerabbli u iżgħar fl-età se jkunu eliġibbli li jieħdu l-vaċċin. Huwa emfasizza li l-vaċċin se jkun b’xejn u se jkun qed jiġi pprovdut mill-awtoritajiet pubbliċi.

Tenna li Malta kienet assigurat ordni ta’ 500,000 vaċċin manifatturati minn Pfizer li jekk kollox jimxi bħalma maħsub ikunu disponibbli biex jiġu amministrati fl-ewwel ġimgaħt tal-2021. Saħaq li ġew ordnati biżżejjed tilqim biex tkun koperta l-popolazzjoni kollha matul l-ewwel ftit xhur tas-sena.

Share With: