Fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-Gvern issellef €700 miljun

Minn statistika li ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, irriżulta li din is-sena sa Ġunju l-Gvern kien issellef xejn inqas minn €700 miljun. 

Mill-informazzjoni li ta meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis joħroġ li fis-sena 2013 l-gvern issellef €777 miljun, fis-sena 2014 issellef €648 miljun, fis-sena 2015 issellef €473 miljun, fis-sena 2016 issellef €597 miljun, fis-sena 2017 issellef €357 miljun, fis-sena 2018 is-self kien ta’ €243 miljun, fis-sena 2019 tela’ għal €449 miljun waqt li sa Ġunju ta’ din is-sena id-dejn kien ta’ €700 miljun.

Share With: