Fl-Indja: Tarbija tat-twelid mejta tingħata lill-omm żbaljata

Sptar fl-Indja wettaq żball li qed jitqies bħala xokkanti u dan hekk kif tarbija tat-twelid mejta ngħatat lil omm oħra bi żball.

It-tarbija l-mejta laħqet indifnet u kien wara li l-isptar induna bl-iżball li sar.  Kien fit-2 ta’ Novembru meta twieldu żewġt itrabi fl-isptar McGann f’shivamogga fin-nofsinhar tal-Indja. 

Iż-żewġ itrabi ddaħħlu fl-ITU minħabba li kienu żgħar ħafna. Suma Gopal welldet tarbija tifla waqt li Suma Anjanappa welldet tifel. Ġara li ftit wara t-tifel miet, iżda l-uffiċjali tal-isptar infurmaw bi żball lill-omm li kellha t-tifla, li t-tarbija tagħha kienet mietet. 

Meta l-omm ingħatat it-tarbija, li kienet imgewżra, hi ma kixfitilhiex wiċċha. L-għada it-tarbija ndifnet. 

Fl-istess waqt, it-tarbija tifla bdiet tirkupra sew u huma sejħu lil omm it-tifel biex jgħidulha b’dan. Hi iżda infurmathom li hi tifel kellha u mhux tifla. Kien hawn li l-uffiċjali tal-isptar indunaw bl-iżball.  Huma infurmaw lil Gopal  li t-tarbija tagħhom kienet għadha ħajja. 

Minkejja dan l-iżball, jidher li ma ttieħdu l-ebda passi kontra l-istaff tal-isptar. Ma naqsitx ir-rabja tal-ġenituri. “Ma nifilħux infittxu l-isptar legalment għal dan l-iżball”,  qal il-missier.  Minn naħa tiegħu is-Supretendent tal-Isptar qal li għaddejja inkjesta interna.

Share With: