Florian Thauvin bejn tliet clubs Ewropej

L-attakkant ta’ Olympique Marseille Florian Thauvin qed jattira l-interess ta’ tliet clubs Ewropej li se jibdew il-ħidma tagħhom sabiex jaslu għalih. Dawn huma Leicester City, AC Milan u Napoli, li diġá kkuntattjaw lir-rappreżentant tal-player għall-ewwel forma ta’ negozjati. 

Thauvin għandu 27 sena u l-kuntratt tiegħu mal-club min-naħa t’isfel ta’ Franza jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Minkejja kollox Marseille qed jaħdmu sabiex iġeddulu l-kuntratt fejn jittamaw li l-player jikkopera mal-bżonnijiet tal-club tiegħu. 

Thauvin ilu ma’ Marseille sa mis-sena 2017 meta kien qed jibda t-tieni esperjenza tiegħu mal-klabb. Hu lagħab 76 partita u skorja 41 goal.

Share With: