Fr Ivan Camilleri appuntat Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Toronto

Il-Papa Franisku appunta lil Fr Ivan Camilleri bħala l-Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Toronto. Wara l-ordinazzjoni episkopali tiegħu, l-isqof il-ġdid se jkun qed jiltaqa’ mat-tliet isqfijiet awżiljarji li attwalment qed jassistu lill-Arċisqof ta’ Toronto, il-Kardinal Thomas Collins, fil-qadi tad-dmirijiet lill-fidili tal-Arċidjoċesi ta’ Toronto.

L-Isqof Camilleri qal li jinsab umli bil-fiduċja li l-Papa Franġisku u l-Kardinal Collins wrew fil-konfront tiegħu biex iservi fl-Arċidjoċesi ta’ Toronto.

Huwa qal li jinsab grat għall-appoġġ li ngħata, u se jkun qed iħares ’il quddiem biex iservi lill-Kardinal Collins u lin-nies tal-arċidjoċesi.

Share With: